EWCS

L-Istħarriġ Ewropew dwar il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol (EWCS) huwa maħsub biex jipprovdi lil dawk li jfasslu l-politika u lir-riċerkaturi b'data oġġettiva, siewja u l-aktar reċenti dwar il-ħajja tax-xogħol u l-kwalità tax-xogħol f'pajjiżek u madwar l-Ewropa.

Għat-8 edizzjoni tiegħu, Eurofound se jaħdem f'kooperazzjoni ma' Verian biex jintervista madwar 50,000 ħaddiem f'iktar minn 30 pajjiż Ewropew.

Għal iktar informazzjoni dwar Eurofound, jekk jogħġbok żur is-sit web tagħhom.

L-istħarriġ ikopri aspetti differenti tal-ħajja tax-xogħol li jinkludu:

  • Kif taħdem
  • Is-sigħat tax-xogħol tiegħek
  • Il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja
  • Il-mod kif ix-xogħol jaffettwa saħħtek

Min jista' jieħu sehem?

Parteċipanti magħżula li …

  1. għandhom bejn 16-74 sena
  2. u ħadmu bħala impjegat jew ħaddiem għal rasu fl-aħħar ġimgħa, anke jekk biss għal siegħa waħda, u rċevew ħlas fi flus jew ħlas mhux finanzjarju

Għal iktar informazzjoni dwar min huwa eliġibbli, jekk jogħġbok biex tara l-kriterji kollha.

Nixtiequ niżguraw li dawk il-persuni kollha li jaħdmu f'ċirkostanzi mhux tipiċi jingħataw iċ-ċans li jieħdu sehem. Inti tista' tieħu sehem ukoll jekk kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin tapplika għalik:

  • Inti bħalissa fuq leave, iżda l-kuntratt tiegħek għadu validu, u/jew żammejt ir-rabta tiegħek mal-kumpanija/organizzazzjoni (dan jinkludi leave għall-maternità jew parternità, leave għal mard, jew assenza temporanja min-negozju tiegħek stess)
  • Inti m'għandekx kuntratt ta' impjieg formali, iżda qed taqla' l-flus biex twettaq kompiti żgħar meta meħtieġ jew tbigħ oġġetti jew prodotti żgħar
  • Inti taħdem fuq il-farm agrikolu tiegħek stess u beħsiebek tbiegħ jew tpartat il-biċċa ’l kbira tal-produzzjoni agrikola, jew inti taħdem mal-familja mingħajr paga
  • Inti qed twettaq xogħol fuq pjattaforma (pereżempju, UBER, AIRBNB, AMAZON, DELIVEROO)
  • Inti ngħatajt is-sensja, iżda xorta għadek titħallas jew għandek assigurazzjoni li tista' tmur lura għax-xogħol wara ċertu żmien
  • Inti ħaddiem staġjonali u ma taħdimx waqt l-istaġun bla domanda, iżda għandek ftehim biex tmur lura għax-xogħol fl-istaġun li jmiss jew bqajt titħallas miżata

Kif tintuża d-data tal-EWCS?

L-EWCS jgħin ikejjel ir-realitajiet tal-ħajja tax-xogħol, jidentifika l-opportunitajiet u l-isfidi reali li l-persuni jaffaċċjaw u jipprovdi sett ta' data inkredibbilment b'saħħtu li jippermetti l-analiżi f'diversi oqsma. Uħud mill-pubblikazzjonijiet reċenti jinkludu:

[EN] Privilege or necessity? The working lives of people with multiple jobs
[EN] Gender equality at work
[EN] How your birthplace affects your workplace
[EN] How does employee involvement in decision-making benefit organisations?
[EN] Striking a balance: Reconciling work and life in the EU
[EN] Working conditions in the time of COVID-19: Implications for the future
[EN] Working conditions and workers' health
[EN] Working conditions in a global perspective


Eurofound

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) hija aġenzija tal-Unjoni Ewropea li tiffoka fuq kif in-nies madwar l-Ewropa qed jgħixu u jaħdmu, u kif dan qed jinbidel maż-żmien.

Eurofound twaqqfet fl-1975, bil-missjoni tagħha li tipprovdi għarfien biex tassisti fl-iżvilupp ta' politiki soċjali, tal-impjieg u relatati max-xogħol imtejba. Sabiex tikseb dan, Eurofound qed taħdem mill-qrib mal-istituzzjonijiet Ewropej, il-gvernijiet nazzjonali, l-organizzazzjonijiet ta' min iħaddem, it-trade unions, kumpaniji, u ħaddiema bil-għan li ttejjeb il-mod kif jaħdmu n-nies fl-Ewropa.

Għal iktar informazzjoni dwar Eurofound, jekk jogħġbok żur is-sit web tagħhom.


Verian

Din ir-riċerka qed titwettaq minn Verian skont l-ogħla standards xjentifiċi.

Verian huwa negozju ewlieni fid-dinja, speċjalizzat u indipendenti, fil-qasam ta' riċerka, evidenza u konsultazzjoni, u li jipprovdi servizzi lill-gvern u l-pubbliku, fl-aspetti kollha ta' politika pubblika.

Fi kliem ieħor, dawn jintervistaw ħafna nies differenti sabiex wieħed jifhem aħjar il-pajsaġġ soċjali, politiku u tan-negozju li qed jinbidel.

Eżempji tal-ħidma ta' Verian

Inti tista' taqra iktar dwar il-ħidma ta' Verian fuq is-sit web tagħhom.

Verian u l-Protezzjoni tad-Data

Kwalunkwe tweġibiet jew informazzjoni li tagħti se jitqiesu bl-ikbar kunfidenzjalità u l-anonimità ta' kull min iwieġeb hija garantita. Id-data kollha li tinġabar se tintuża għal skopijiet ta' riċerka biss.

Is-sehem tiegħek huwa kompletament volontarju u inti mhux meħtieġ li jkollok xi għarfien speċjali biex twieġeb għall-mistoqsijiet.

Kwistjonijiet ta' sigurtà, ħażna, protezzjoni u kunfidenzjalità tad-data se jiġu ttrattati b'serjetà kbira. Verian fasslet proċeduri għas-sigurtà tad-data li jnaqqsu r-riskju ta' telf ta' data u li jiżguraw li l-kunfidenzjalità ta' kull min iwieġeb tkun protetta f'kull ħin.

Għal iktar informazzjoni dwar dan, jekk jogħġbok ara l-avviż dwar il-protezzjoni tad-data billi segwi din il-link.