AVVIŻ DWAR IL-PROTEZZJONI TAD-DATA
għall-Istħarriġ Ewropew dwar il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol 2024
Bħala Aġenzija tal-UE, il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Għajxien u tax-Xogħol (jew Eurofound) tħaddan il-ħtieġa li tħares id-data personali tiegħek. Għalhekk aħna, nikkommettu lilna nfusna li nipproċessawha, bħala kontrollur tad-data, fir-rispett tal-liġi applikabbli.1
Jekk wara li taqra dan l-avviż jifdallek xi mistoqsijiet jew dubji dwar l-ipproċessar tad-data tiegħek, jekk jogħġbok agħmel kuntatt magħna fuq dataprotectionofficer@eurofound.europa.eu. Aħna se nwiġbuk kemm jista’ jkun malajr iżda dejjem fi żmien xahar.
X’inhu l-Istħarriġ Ewropew dwar il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol?
L-istħarriġ Ewropew dwar il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol 2024 (jew EWCS) huwa stħarriġ li jsir kull ħames snin u jkopri aspetti differenti tal-ħajja tax-xogħol, bħall-ħin tax-xogħol, organizzazzjoni tax-xogħol, bilanċ bejn il-ħajja tax-xogħol u kwistjonijiet ta’ saħħa marbuta max-xogħol. Madwar 50,000 ħaddiem fost 36 pajjiż Ewropej se jkunu intervistati dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom.
Id-data miġbura se tipprovdi informazzjoni ta’ valur kbir, aġġornata u oġġettiva għal min jagħmel il-politika Ewropea u r-riċerkaturi dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-kwalità tax-xogħol u l-impjieg fl-Ewropa, biex ikunu jistgħu jitjiebu l-ħajjiet tax-xogħol għal kulħadd. L-ewwel riżultati minn dan l-istudju għadhom ikunu disponibbli fl-2025.
Għal aktar informazzjoni dwar l-EWCS, jekk jogħġbok żur https://www.eurofound.europa.eu/mt/surveys/2024/european-working-conditions-survey-2024.
Min qed jagħmel dan l-istħarriġ?
Dan l-istħarriġ qed isir minn Verian f’isem Eurofound, il-kontrollur tad-data. Verian, li tipproċessa d-data, hija kumpanija ta’ riċerka tas-suq li taderixxi għall-ogħla standards etiċi u kodiċi professjonali ta’ kondotta, inklużi WAPOR2 u ESOMAR3.
Kif intagħżilt jien?
Inti ntagħżilt b’mod każwali bħala parti minn proċess xjentifiku rigoruż biex inkunu nistgħu nitkellmu ma’ kampjun rappreżentattiv tal-ħaddiema kollha tal-popolazzjoni ta’ pajjiżek. Kull persuna li ġiet mistiedna biex tieħu sehem, inkluż int, għandha probabbiltà pożittiva li tkun magħżula. Il-kampjun każwali ttella’ bl-użu jew ta’ reġistru ta’ individwu jew ta’ gruppi ta’ persuni li jgħixu fl-istess dar, jew fuq bażi ta’ enumerazzjoni, skont il-pajjiż.
X’data personali se tinġabar?
Se tiġi pproċessata d-dejta li ġejja:
- in-numru tat-telefon, il-ġeneru, l-indirizz postali u l-età se jkunu proċessati b’mod li tiġi mistieden biex tieħu sehem fl-istħarriġ;
- kwalunkwe data personali li tista’ tipprovdilna meta tkun qed twieġeb l-istħarriġ li tiffoka fuq aspetti differenti tal-ħajja tax-xogħol inkluż (i) kif taħdem, (ii) is-sigħat tax-xogħol tiegħek, (iii) il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, u (iv) il-mod kif ix-xogħol jaffetwalek saħħtek;
- data dwar l-istat ta’ saħħtek kif ukoll l-oriġini etnika tiegħek;
- informazzjoni dwar jekk inti kontx diskriminat jew le fuq ix-xogħol fuq aspetti differenti, jew jekk qattx iltqajt ma’ mġieba mhux xierqa fuq ix-xogħol (mistoqsija sempliċi ta’ iva’ jew ‘le’). Kun af li inti QATT mhu se tintalab tipprovdi data personali jew informazzjoni fattwali marbuta ma’ dawn l-esperjenzi;
- informazzjoni dwar jekk inti vvutajtx jew le fl-aħħar elezzjonijiet parlamentari. Kun af li MHUX se tinġabar informazzjoni fattwali dwar l-opinjoni politika tiegħek;
- l-isem u l-indirizz tiegħek jekk taċċetta li terġa’ tiġi kkuntattjat għal riċerka ta’ segwitu;
- kwalunkwe informazzjoni li tipprovdi fuq is-sit websit web tagħna, inkluż meta tirrapporta problema marbuta mas-sit websit web tagħna;
- kwalunkwe informazzjoni li tipprovdilna, inkluż korrispondenza, meta tagħmel kuntatt magħna;
- dettalji taż-żjarat tiegħek fuq is-sit web tagħna, inkluż, iżda mhux biss data marbuta mat-traffiku, data marbuta mal-post, weblogs u data oħra ta’ komunikazzjoni jew oħrajn, u r-riżorsi li taċċessa; u
- informazzjoni dwar il-kompjuter tiegħek, inkluż meta jkun disponibbli l-indirizz IP tiegħek, is-sistema operattiva u t-tip ta’ brawżer għall-amministrazzjoni tas-sistema. Dan jintuża biex jiġġenera data statistika dwar l-azzjonijiet u x-xejriet tal-ibbrawżjar tal-utenti.
Jekk jogħġbok kun infurmat li jekk tipprovdi d-dettalji tal-kuntatt tiegħek, dawn se jkunu marbuta mat-tweġibiet tiegħek. Jekk ma tipprovdix id-dettalji tal-kuntatt tiegħek għal stħarriġ ta’ segwitu, it-tweġibiet tiegħek se jkunu anonomi u se jkun impossibbli għal Eurofound jew Verian biex jidentifikawk, direttament jew indirettament, minnhom. Fi kwalunkwe każ, aħna rridu nagħmluha ċara li r-riżultati tar-riċerka se jkunu anonimizzati (jiġifieri informazzjoni statistika biss) u inti M’INTIX se tkun identifikabbli, direttament jew indirett f’xi riżultati li jkunu ġew pubblikati.
X’inhi l-bażi legali għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek?
Id-data personali miġbura u proċessata b’rabta mal-istħarriġ EWCS 2024 hi meħtieġa biex issir ir-riċerka meħtieġa fl-interess pubbliku minn Eurofound4, kif ukoll biex l-istess Eurofound tikkonferma mal-obbligi legali tagħha5 skont ir-Regolament li jwaqqafha6.
L-ipproċessar tad-data marbuta mas-saħħa u data marbuta mal-oriġini etnika tiegħek huma ġustifikati għal skopijiet ta’ riċerka xjentifika7.
Kull ipproċessar addizzjonali tad-data personali tiegħek (per eżempju skopijiet ta’ segwitu) isir biss jekk tkun ipprovdejt il-kunsens inti8.
Dwar id-data li tipprovdi inti meta tagħmel kuntatt magħna (per eżempju meta teżerċita d-dritt tiegħek li tħares id-drittijiet tal-protezzjoni tad-data), hu meħtieġ li jkun hemm konformità mal-obbligu legali li t-talba tiegħek tkun mwieġba9.
Fl-aħħar, id-dettalji taż-żjarat tiegħek fuq is-sit web tagħna kif ukoll informazzjoni dwar il-kompjuter tiegħek se jinġabru u jiġu proċessati b’mod ulterjuri permezz tal-kunsens tiegħek10. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok aqra l-Politika dwar il-Cookies tagħna.
Min se jipproċessa d-data tiegħek?
Id-data personali tiegħek se tkun aċċessata biss minn membri tal-persunal awtorizzati kif jixraq fi ħdan Eurofound u Verian, u dan il-persunal, fi twettiq ta’ dmirijietu, jikkonforma mal-obbligi statutorji u ta’ kunfidenzjalità kuntrattwali.
Għal kemm żmien se tinżamm id-data personali?
Dawn il-perjodi ta’ żamma tad-data se tinżamm:
- Id-data personali se tinżamm għal 12-il xahar wara tmiem il-proġett (jiġifieri sa Ottubru 2025).
- Jekk inti aċċettajt li terġa’ tiġi kkuntattjat mill-ġdid għal riċerka ulterjuri, ismek u l-kuntatt tiegħek se jinżammu għal sentejn minn meta provdejt dawn id-dettalji.
Ladarba l-perjodi ta’ żamma tad-data jkunu ntlaħqu, id-data personali titħassar b’mod li jkun żgurat li n-natura kunfidenzjali tagħhom ma tiġix kompromessa.
Kif tiġi mħarsa d-data personali tiegħek?
Bosta kontrolli tas-sigurtà tpoġġew f’posthom biex jipproteġu d-data personali tiegħek minn aċċess, użu jew kxif mhux awtorizzat. Għalhekk, id-data tiegħek se tinżamm fuq sistemi tal-kompjuter, li jinsabu fl-Unjoni Ewropea, bl-aċċess permess biss għal persunal awtorizzat.
It-tweġibiet tiegħek se jinżammu separatament mill-informazzjoni personali tiegħek u se jintużaw biss għal skopijiet ta’ riċerka.
Il-parteċipazzjoni tiegħek, flimkien mat-tweġibiet individwali għal mistoqsijiet, se tinżamm strettament kunfidenzjali. Ir-riżultati tar-riċerka se jkunu anonimi, informazzjoni statistika biss u m’intix se tkun identifikabbli f’ebda riżultat ippubblikat.
Iktar minn hekk, Verian tallinja l-prattiċi tax-xogħol tagħha ma’ standards miftehma fuq livelli internazzjonali dwar l-istandard ta’ kwalià dwar ir-riċerka fis-suq internazzjonali (ISO20252), standard internazzjonali għal sistemi ta’ mmaniġġjar tal-kwalità (ISO 9001) u standard internazzjonali għall-immaniġġjar tas-sigurtà tal-informazzjoni (ISO 27001).
Nittrasferixxu d-data tiegħek barra l-UE?
L-ipproċessar tad-data personali tiegħek, fil-prinċipju, se jsir fl-UE jew fi ħdan iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE11). Madankollu, xi pproċessar iseħħ fir-Renju Unit12 peress li, f’xi sitwazzjonijiet, il-kuntrattur tagħna, Verian, qed jittrasferixxi d-dettalji ta’ kuntatt tiegħek (isem u/jew indirizz postali) lil Greens, kumpanija tal-istampar diġitali13 bbażata fir-Renju Unit sabiex tibgħat l-ittri ta’ stedina għall-parteċipazzjoni tiegħek fl-istħarriġ tagħna.
X’inhuma d-drittijiet tiegħek?
Fil-limiti stipulati mill-EUDPR, inti għandek id-dritt li taċċessa, tirretifika, tħassar u/jew tagħmel porting tad-data personali tiegħek, tirrestrinġi jew toġġezzjona għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek u li tirtira l-kunsens tiegħek (jekk ikun ingħata). Kun af li l-irtirar tal-kunsens tiegħek ma jaffettwax il-legalità tal-ipproċessar meta l-kunsens tiegħek kien validu.
Biex teżerċita d-drittijiet tiegħek ta’ hawn fuq, jekk jogħġbok ikteb lil PublicCompliance@veriangroup.com. It-talba tiegħek hi mingħajr ħlas. Madankollu, jekk din tkun b’mod evidenti bla bażi jew eċċessiva, Eurofound, bħala kontrollur tad-data, tista’ tirrifjuta li taġixxi fuqha.
Int għandek ukoll id-dritt li twassal ilment mas-Superviżur Ewropew tal-Protezzjoni tad-dejta jekk tħoss li l-ipproċessar tal-data personali tiegħek sar bi ksur tal-liġi. Tista’ ssib aktar informazzjoni hawnhekk.
Notifika dwar Bidliet Materjali
Aħna nirriservaw id-dritt li okkażjonalment naġġornaw jew nibdlu dan l-avviż biex niriflettu l-bidliet fl-ipproċessar. Aħna nħeġġuk biex perjodikament tirrevedi dan l-avviż biex tkun infurmat dwar kif qed nipproċessaw u nipproteġu l-informazzjoni personali tiegħek.
Kuntatt
Kwistjonijiet, kummenti u rikjesti marbuta ma’ dan l-istħarriġ huma milqugħa u għandhom jintbagħtu lill-Uffiċjal tal-iStħarriġ, Sophia.MacGoris@eurofound.europa.eu.
Aġġornat l-aħħar: 10 ta’ Mejju 2024
1 Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data (jew l-EUDPR)..
2 Aktar informazzjoni hi disponibbli hawnhekk.
3 Aktar informazzjoni hi disponibbli hawnhekk.
4 Artikolu 5(1)(a) tal-EUDPR.
5 Artikolu 5(1)(b) tal-EUDPR.
6 Regolament (UE) 2019/127 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Jannar 2019 li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound), u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1365/75, b’mod partikolari l-Artikoli 1 u 2.
7 Artikolu 10(2)(j) tal-EUDPR
8 Artikolu 5(1)(d) tal-EUDPR.
9 Artikolu 5(1)(b) tal-EUDPR
10 Artikoli 6 u 9 tad-Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjojnijiet elettroniċi kif ukoll l-Artikolu 5(1)(d) tal-EUDPR.
11 Iż-ŻEE tinkludi s-27 Stat Membru tal-UE flimkien man-Norveġja, l-Iżlanda u l-Liechtenstein.
12 r-Renju Unit huwa meqjus bħala pajjiż adegwat skont id-deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni Ewropea f’Ġunju 2021. It-trasferimenti ta’ data lir-Renju Unit huma, għalhekk, legali skont l-Artikolu 47 tal-EUDPR u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1772 tat-28 ta’ Ġunju 2021 skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni adegwata tad-data personali mir-Renju Unit.
13 Ara aktar informazzjoni hawnhekk.