POLITIKA DWAR IL-COOKIES
X’inhuma cookies?
Aħna nużaw cookies fuq is-sit web tagħna u teknoloġiji simili.
Cookies huma fajls ta’ test qasir li jinżammu fuq tagħmir ta’ utent (bħal kompjuter, tablet jew smartphone) minn sit web, li jistgħu jintużaw għat-tħaddim tekniku tas-sit web, għall-ġbir ta’ statistika jew għal skopijiet oħra, biex l-utent jingħata esperjenza aktar personalizzata (per eżempju biex servizz onlajn jiftakar il-profil tal-utent mingħajr ma jkollok għalfejn terġa’ tidħol). Għaldaqstant, il-cookies jippermettu li sit web jaħżen ċertu informazzjoni biex itejjeb l-esperjenza tal-utent u jneħħi l-bżonn li ddaħħall-istess informazzjoni għal aktar minn darba. Il-cookies tagħna ma jintużawx biex jidentifikawk personalment.
Għal aktar infomazzjoni dwar il-cookies, jekk jogħġbok żur http://www.youronlinechoices.com/.
X’tip ta’ cookies nużaw u kif nużawhom?
Il-cookies jintużaw fuq din is-sit web biss biex jiftakru l-preferenza tal-lingwa jekk din tkun magħżula mill-utent. M’huma se jintużaw għal xejn aktar.
Aħna nużaw biss cookies tal-ewwel utent li ssettja s-sit web ta’ Verian li qed iżżur int. Dik is-sit web biss tista’ taqrahom. Dawn il-cookies huma neċessarji biss għall-għoti tas-servizz elettroniku mitlub minnek.
Cookies ta’ analiżi tal-web
Id-dejta li ġejja hija proċessata fuq livell aggregat:
- Indirizz IP (moħbi)
- Post: pajjiż, reġjun, belt, latitudni u lonġitudni approssimattiva (ġeolokalizzazzjoni)
- Titlu tal-paġna li qed iżżur (Titlu tal-Paġna)
- URL tal-paġna li qed iżżur (URL tal-Paġna)
- URL tal-paġna li żort qabel il-paġna preżenti (URL ta’ referenza)
- Riżoluzzjoni tal-iskrin tat-tagħmir tal-utent
- Lingwa ewlenija tal-brawżer li qed jintuża (Accept-Language header)
- Verżjoni tal-brawżer, plug-ins tal-brawżer (PDF, Flash, Java, …) verżjoni tas-sistema operativa, identifikatur tat-tagħmir (titlu tal-Utent-Aġent)
- Lingwa tal-paġna li żort
Għaliex għandna bżonn il-kunsens tiegħek?
Skont id-direttiva dwar il-Privatezza, l-installazzjoni u l-użu ta’ cookies trid issir bil-kunsens tal-utent.
Kif tista’ tikkontrolla/tirrifjuta l-użu ta’ cookies?
'Do not track' hija funzjoni li tippermeti li l-viżitaturi ma jkunux segwiti mis-siti web. Huma disponibbli għażliet biex ma tiġix segwit fuq numru ta’ brawżers fosthom:
Barra minn hekk, il-brawżers kollha jippermettu lill-utent biex jaċċetta, jirrifjuta jew iħassar cookies, b’mod partikolari billi jagħżel s-settings xierqa fil-brawżer. Jekk jogħġbok innota li, madankollu, id-diżattivar ta’ cookies jista’ jwassal biex ċertu servizzi fuq is-sit web tagħna ma jaħdmux kif suppost, u dan jaffettwa l-ibbrawżjar, fis-sħiħ jew parti minnu, u se jkollu impatt fuq l-esperjenza tiegħek fl-użu tas-sit web tagħna.
Għal aktar informazzjoni dwar kif tista’ tikkontrolla l-cookies maħżuna fuq it-tagħmir tiegħek, jekk jogħġbok żur il-ħoloq li ġejjin tal-brawżers u t-tagħmir ewlieni:
Links ma’ siti oħra
Is-sit web tagħna jista, minn żmien għall-ieħor, jinkludi links lejn u minn siti web ta’ netwerks imsieħba u affiljati magħna. Jekk tidħol f’xi link għal wieħed minn dawn is-siti web, jekk jogħġbok innota li dawn is-siti web ikollhom l-avviżi tagħhom dwar il-protezzjoni tad-data / politiki dwar il-cookies, u li aħna ma naċċettaw l-ebda responsabbiltà jew obbligazzjoni għalihom. Jekk jogħġbok ivverifika dawn l-avviżi qabel ma tissottometti xi data personali fuq dawn is-siti web.
Kuntatt
Jekk ikollok bżonn aktar informazzjoni dwar il-cookies u teknoloġiji simili li nużaw, jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek fuq PublicCompliance@veriangroup.com.